Park Geun-hye żdiedula 8 snin oħra ħabs mal-24 sena li diġa’ għandha sservi.
Fil-Qorti ta’ Seoul hija ngħatat 6 snin ħabs wara li llegalment aċċettat fondi mill-aġenzija sigrieta tal-Korea t’Isfel u sentejn oħra talli nterferixxiet fl-elezzjonijiet
Park kienet qed tiskonta sentenza ta’ 24 sena ħabs fuq abbuż ta’ poter. Hija nstabet ħatja li flimkien ma’ ħabiba tal-qalba Choi Soon-sil ixaħħmet għal diversi pjaċiri politiċi.