Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kkonferma dak li żvela ONE News, jiġifieri li Bernard Grech qed ibiddel ix-Shadow Cabinet tiegħu.
Piccinino għamel dan hekk kif kien dieħel fl-Istamperija ftit tal-ħin ilu fejn diġà bdiet tinġabar il-midja u bdew isiru l-preparamenti mill-ħaddiema tal-istess Dar Ċentrali hekk kif illum Grech mistenni jagħmel it-tħabbiriet tiegħu.
13:15 – Mark Anthony Sammut u Ryan Callus kienu żewġ deutati oħra li dehru deħlin fid-Dar Ċentrali.
12:24 – Daħal ukoll il-Viċi Kap Nazzjonalista, Alex Perici Calascione. Aktar tard daħlu wkoll id-Deputati Eve Borg Bonello u Stanley Zammit.
11:55 – Daħlu wkoll id-Deputati Ivan Bartolo u Bernice Bonello.
11:25 – Dehru deħlin ukoll id-Deputati Rebekah Borg, Ivan Castillo u Graham Bencini.
11:05 – S’issa dehru deħlin id-Deputati Darren Carabott, David Agius, Stephen Spiteri u Janice Chetcuti.
Dan wara pressjoni kbira li saritlu fl-aħħar 48 siegħa fl-Istamperija hekk kif l-istrateġisti tiegħu qalulu li bilfors irid jirreaġixxi għall-ħatriet li għamel il-Prim Ministru fil-Kabinett tiegħu.
Iżda, dan mhux wara li jitkellem ma’ iktar membri parlamentari bl-ewwel membri parlamentari li llum mistenni jikkonsulta magħhom huma dawk tal-fazzjoni li poġġietu fil-kariga.
Jirriżulta li jekk ikunu kuntenti dawk allura jiddiskuti magħhom il-bidliet meħtieġa qabel ikellem il-kumplament tal-Grupp Parlamentari u jgħaddi għat-tħabbiriet.