Għall-ewwel darba f’pajjizna ser issir esebizzjoni bix-xogħol artistiku ta’ Pablo Picasso .
Il-flus kollha li se jinġabru minn din l-esebizzjoni, li se ssir f’Marzu 2018 fil-Palazz tal-President, se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.
B’kollox se jkun hemm mitt biċċa tal-arti esebiti għall-pubbliku li huma kollha xogħol ta’ Picasso. Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jifhem aħjar x-xogħol dan l-artist.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro spjegat kif b’fondi minn attivitajiet bħal dawn, il-Malta Community Chest Fund tista’ tkompli tgħin lil min hu fil-bzonn.
Il-President ta’ Malta irringrazzjat lill-organizzaturi u tal-ħidma tagħhom biex din l-esebizzjoni isir f’Malta u tkun suċċess.