Il-belt antika ta’ Petra fil-Ġordan iċċelebrat il-miljun turist li żar dan is-sit storiku li huwa meqjus bħala wieħed mis-7 għeġubijiet tad-dinja.
Is-sit, fin-nofsinhar tal-pajjiż huwa ikoniku mal-pajjiż fl-Lvant Nofsani u hu magħruf li sa erba’ t’elef sena qabel Kristu diġà kien hemm nies meqjusa bħala nomadi jgħixu f’din il-belt.
Il-Ġordan jieħu bis-serjetà ħafna l-industrija tat-turiżmu, minkejja li jinsab mal-fruntiera ma’ pajjiżi bħas-Sirja u l-Iraq, żewġ pajjiżi b’żoni ta’ kunflitt imdemmi.