Waqt tfittxijiet li kienu qed isiru mill-uffiċjali tad-Dwana, il-kelb Peter li jifforma parti mis-sezzjoni tal-Canine induna li kien hemm żewġ passiġġieri li kienu qed iġorru ammont ta’ flus kontanti li ma kinux iddikjarati.
Iż-żewġ passiġġieri li kienu sejrin Istanbul qalu li kienu qed iġorru €10,000 kull wieħed, iżda l-uffiċjali tad-Dwana ma kinux konvinti u għalhekk komplew bit-tfittxijiet tagħhom. Kien hawnhekk li rriżulta li wieħed kien qed iġorr €11,480 u l-ieħor kellu fuqu €12,150.
Skont il-liġi passiġġiera li jkunu se jivvjaġġaw minn u lejn Malta ma jistgħux iġorru aktar minn €10,000 fi flus kontanti li ma jkunux iddikjarati.