Il-kandidat għall-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius infexx f’dagħdigħa ta’ gideb wara pressjoni li saritlu mid-Dar Ċentrali, għax l-aġir tiegħu kixef il-falzità tal-istess Partit Nazzjonalista. Dan meta għamel dak li l-Partit Nazzjonalista ħa n-nies vulnerabbli l-Qorti biex ma jagħmluhx.
Peter Agius qaleb il-vot irreġistrat fuq il-Mosta, lokal fejn ġieli mar kull naħa fl-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Dan filwaqt li l-kumplament tal-familja tiegħu baqgħu rreġistrati fuq indirizz ieħor.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista ġibdulna l-attenzjoni dwar dan u qalulna li, filwaqt li fis-Siġġiewi l-PN ċaħħad nies li jivvotaw mil-lokal fejn se jrabbu l-familji tagħhom, Peter Agius għandu l-vot irreġistrat fuq post ġebel u saqaf.
Mistoqsi minn ONE News, Peter Agius deher viżibilment mifxul u qal li jgħix fl-uffiċċju tiegħu. Minn hemm ’il quddiem telaq f’dagħdigħa ta’ kummenti u stqarrijiet jipprova jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Pożizzjoni li kixfet il-falzità tal-Oppożizzjoni.
Online għamel filmat biex jipprova kif l-uffiċċju jista’ jgħix fih u, aktar ma beda jdur, aktar beda jidher li, fil-Mosta, Peter Agius għandu kollox minbarra dar abitabbli. Qalulna dan ukoll ġirien tiegħu li jafu sew li la Peter Agius u lanqas il-familja tiegħu ma jgħixu hemm.
Għal wiċċ in-nies, Peter Agius qal li għandna mmorru naraw il-post, iżda aħna konna diġà morna u mhux talli ma daħħluniex ġewwa talli heddewna li jġibulna l-pulizija.
Dan il-każ kien żvelat mill-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, li permezz ta’ filmat fuq facebook kixfet kif Peter Agius qed jagħmel dan li l-Partit Nazzjonalista ħa n-nies il-qorti biex ma jagħmlux.
ARA WKOLL: