Il-Partit Nazzjonalista spiċċa jiddiskrimina ma’ kandidat tiegħu għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew stess meta għattielu l-banners li kien waħħal fil-limiti tal-Marsa.
Kif jixhdu ritratti, li għandu ONE News, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech spiċċa weħħel banner fuq dak ta’ Peter Agius, li ironikament fl-aħħar jiem ilmenta li kien qed jiġi diskriminat f’dan ir-rigward.
Fil-fatt, il-banner ta’ Agius fil-Marsa-Ħamrun Bypass inħeba taħt dak tal-Partit tiegħu stess.
Fl-aħħar jiem u ġimgħat, Agius kemm-il darba ilmenta li kien hemm xi nies li riedu joħonqulu l-vuċi tiegħu, biex issa kellu jkun il-Partit tiegħu stess li jagħmel dan.