Is-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti ta’ nisel Malti, Pete Buttigieg, flimkien ma’ żewġu Chasten se jkunu qed isiru ġenituri għall-ewwel darba.
Ħabbar dan Buttigieg fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu fejn qal kif jinsabu kuntenti ferm li se jkabbru l-familtha.
Qal kif il-proċess għadu mhux lest u rringrazzja lil kull min wera l-appoġġ tiegħu u pprovdilhom il-privatezza mixtieqa.
Sostna kif se jkunu qed iħabbru aktar informazzjoni aktar ‘il quddiem.