Fost id-diversi attivisti Maltin u barranin li indirizzaw il-konferenza li ttrattat id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, twassal messaġġ virtwali mis-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti tal-Amerka, Pete Buttigieg, li għandu dixxendenza Maltija.
Hu faħħar il-messaġġ li qed tibgħat Malta lid-dinja favur l-ugwaljanza u tenna li dejjem kien jaf lil Malta bħala pajjiż bi kwalitajiet sbieħ, li huma essenzjali f’din id-dinja mimlija sfidi.
“Prosit Malta. Nawguralkom kull suċċess għall-EuroPride 2023. Thank you Prime Minister Abela for your leadership on climate, on diplomacy and on ensuring that Malta is a model of equality for LGBTIQ+ people. I have always known Malta as a place of warmth and of kindness, qualities that are needed more than ever in today’s shaken and broken world. Dignity and equality, decency and respect are values being celebrated here today. And anywhere those principles are not respected there is more work to do, work that the US will continue to do alongside you all.”
Min-naħa tagħha, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Organizzaturi tal-EuroPride, Kristine Garina, qalet li Malta hi xempju u eżempju ċar għal pajjiżi oħrajn li għadhom ma rrikonoxxewx id-drittijiet għal persuni LGBTIQ+.
“Malta you are an inspiration for progressive governments across Europe and beyond. We know a beginning of hope for activists in other countries that have a long way to go to reach Malta’s status and success.”