Pete Buttigieg ta’ dixxendenza Maltija qed jiġi nnominat mill-President-Elett tal-Amerika Joe Biden biex iservi bħala Segretarju għat-Trasport.
Fuq il-midja soċjali, Buttigieg qal li huwa onorat li se jservi lill-poplu Amerikan, flimkien mal-President Elett Joe Biden, il-Viċi-President Elett Kamala Harris, u tim li ddeskrivih bħala straordinarju.
Pete Buttigieg qal li din hija opportunità tajba biex jibni infrastruttura sostenibbli, li toħloq aktar impjiegi u ttejjeb il-ħajja tal-Amerikani.
Huwa qal li se jaħdem biex iwettaq din il-viżjoni għall-poplu Amerikan.
Pete Buttigieg kien wieħed mill-kandidat fil-kamp demokratiku li għamel ħoss fl-elezzjonijiet primarji iżda wara li rtira mit-tellieqa kien fost dawk li appoġġja bis-sħiħ il-kandidatura ta’ Biden.
Buttigieg kien qed jissemma li jingħata kariga importanti minn Biden u finalment huwa ġie fdat bit-trasport ta’ pajjiż massiċċ fid-dinja.