Il-kandidat Demoratiku ta’ nisel Malti Pete Buttigieg jinsab fuq quddiem fl-ewwel riżultati tal-elezzjoni tal-istat ta’ Iowa. Din hija l-ewwel elezzjoni tal-Partit Demokratiku fl-Istati Uniti bil-għan li jintgħażel il-kandidat li se jkun qed itellaq mal-President Amerikan Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej.
L-ewwel riżultati ta’ Iowa qed ipoġġu lil Buttigieg fuq quddiem b’26.8% tal-voti. Buttigieg għandu vantaġġ żgħir fuq is-senatur Bernie Sanders li ġab 25.2% tal-voti. Isegwu lil Buttigieg u lil Sanders hemm ukoll is-senatur Elizabeth Warren bi 18.4%, l-eks viċi President Joe Biden b’15.4% tal-voti f’Iowa biss. Isegwuhom hemm Amy Klobuchar, Andrew Yang, Tom Steyer, Michael Bloomberg, Tulsi Gabbard, Michael Bennett u Deval Patrick.
Fost l-aktar diżappuntati b’dan ir-riżultat hemm l-eks President Joe Biden li minkejja li għamel żewġ termini fl-uffiċċju ġab biss 15.4% tal-voti. Dan mistenni jolqot ukoll b’mod negattiv il-ġbir ta’ fondi għall-kampanja tiegħu li aktar ma jmur aktar trid tirranka hekk kif din il-kampanja tkompli tiħrax.
Dawn huma r-riżultati preliminari hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistennija jiġu vverifikati u ppubblikati l-aħħar 29% tar-riżultati. Din l-ewwel elezzjoni tal-Istat ta’ Iowa wasslet lill-Partit Demokratiku Amerikan fi kriżi wara li ħsarat f’app li kellha tiġbor ir-riżultati kkawżaw dewmien ta’ aktar minn jumejn għar-riżultat uffiċċjali. Kawża ta’ dan id-dewmien il-kandidati nfushom kellhom jimxu għal fuq il-istat ta’ New Hampshire fejn fil-11 ta’ Frar mistennija tittella’ it-tieni elezzjoni sabiex jintagħżel il-kandidat Demokratiku.
Ritratt: BBC News