Il-President Amerikan Joe Biden iffirma bħala liġi abbozz li jagħti protezzjoni federali għaż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dan il-pass inltaqa’ minn folla kbira ta’ nies miġbura madwar il-White House biex jiċċelebraw dan it-tragward leġiżlattiv.
Il-leġiżlazzjoni, deskritta bħala ‘daqqa ta’ ħarta kontra l-mibegħda’, tipprojbixxi lill-gvernijiet statali u federali milli jiċħdu l-validità ta’ unjonijiet bejn persuni tal-istess sess u persuni ta’ razez differenti.
Meta kien viċi president, Biden kien pubblikament favur l-unjoni ta’ persuni tal-istess sess, ħafna qabel ma saru legali madwar l-Istati Uniti f’deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-2015. Huwa sejjaħ din il-liġi importanti bħala rebħa għad-drittijiet tal-bniedem.
Iċ-ċerimonja tal-bieraħ kienet personali għal ħafna li attendew, fosthom is-segretarju tat-trasport ta’ dixxendenza Maltija Pete Buttigieg; l-ewwel membru tal-kabinett li jgħix l-omosesswalità tiegħu b’mod apert.
“L-Amerika qed tagħmel pass importai lejn l-ugwaljanza, lejn il-libertà u l-ġustizzja, mhux biss għal xi wħud, iżda għal kulħadd,” qal waqt l-iffirmar it-Tlieta wara nofsinhar.
“L-imħabba hija imħabba. Id-dritt huwa dritt. Il-ġustizzja hija ġustizzja,” qal Biden.