Gvern Laburista se jkun qed jagħti pet vouchers lil dawk il-persuni li jadottaw annimal abbandunat. Dan ħabbru l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’attività politika f’San Ġiljan.
Dawn il-pet vouchers se jkunu qed jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż marbuta ma’ trobbija ta’ annimal. Dawn il-vouchers mhux se jkunu qed jingħataw lil kull sid ta’ annimal, iżda lil dawk li jadottaw annimal abbandunat biss.
Dan ifisser li Gvern Laburista jkun qed jinċentiva aktar nies biex jadottaw annimali abbandunati biex b’hekk dawk li jixtiequ jagħtu tama ġdida lil dawn l-annimali iżda ma jaffordjawx jagħmlu dan issa se jkunu qed jingħataw l-għajnuna finanzjarja mill-Gvern.