Membri tal-komunità Musulmana f’Malta esprimew dispjaċir għal dak li ġara fil-kamra tat-talb f’Mater Dei dejn fil-Koran tpoġġew biċċiet tal-perżut.
Sara Ezabe, Maltija Musulmana li saħansitra kienet premjata mir-Reġina tal-Ingilterra għas-sehem tagħha fis-soċjetà, kitbet li dak li seħħ huwa tad-dwejjaq.
Tpoġġa wkoll ritratt tal-qassis Franċiż Jacuqes Hamal li fl-aħħar jiem inqatel fi Franza fejn ingħad li kien vittma tal-Iżlam. Għal Ezabe dan mhux il-każ u rriflettiet dwar hekk ukoll. “Kien vittma tal-istupidaġni. L-istess stupidaġni li rajna llum,” kitbet Ezabi li fakkret kif Hamel dejjem priedka r-rispett, l-għaqda u l-imħabba u li huwa billi naġixxu hekk li nistgħu nonoraw ħajtu.
Irreaġixxa wkoll l-Arċisqof.