Persuni li huma ta’ età medja qed jiġu mħeġġa biex jimxu aktar mgħaġġel biex jibqgħu b’saħħithom, dan wara t-tħassib li kien hemm dwar kif meta wieħed ikun inattiv, jgħolew ir-riskji fis-saħħa.
L-awtoritajiet mis-settur tas-Saħħa fl-Ingilterra qal li l-ammont ta’ persuni li huma attivi beda jonqos mill-età ta’ 40 sena.
Huma qed isostnu li dawk li huma fl-età ta’ bejn l-40 u s-60 sena għandhom jimxu b’mod aktar mgħaġġel.
Anke jekk 10 minuti kuljum jista’ jħalli impatt pożittiv fuq ħajtek, fejn jonqos ir-riskju li titlef ħajtek kmieni b’15%.