Numru ta’ persuni ġew salvati minn pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li nqabdu f’bitħa ta’ residenza li fiha żviluppaw xi nirien fil-Fgura. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 fi Triq Bormla.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-ħaddiema tat-tifi tan-nar daħlu fir-residenza u evakwaw lill-persuni kollha filwaqt li bdew b’ħidma biex jintfew in-nirien.
Fuq il-post issejħu wkoll numru ta’ ambulanzi b’timijiet mediċi li taw l-ewwel kura lill-persuni.
B’rabta ma’ dan il-każ kiteb il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, f’kitba fuq il-midja soċjali. Il-Ministru Camilleri qal li l-persuni kollha li kellhom bżonn l-għajnun ġew assistiti u nħarġu mill-proprjeta, waqt li kull min kellu bżonn qed jingħata l-għajnuna medika.
Il-Ministru għall-Intern qal ukoll li dawn in-nirien ġew ikkontrollati.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.