Numru ta’ persuni spiċċaw jinġarru minn ġod-dgħajjes u numru ta’ binjiet spiċċaw bi ħsarat hekk kif tromba tal-ilma laqtet port fil-Ġermanja.
Saħansitra erba’ qaddiefa weġġgħu serjament hekk kif riħ nefaħ b’qawwa ta’ 100 kilometru fis-siegħa, tant li anke xi siġar inqalgħu mill-għeruq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bosta persuni, li sabu ruħhom f’nofs it-tromba, ittieħdu fi sptar viċin għall-aktar kura, filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ asssitew fl-operazzjoni biex dawk li nqabdu ‘l barra mix-xatt jiddaħħlu l-art.