Persuni bħal dawk morda bil-kanċer li jkunu qed jirċievu kura f’intervalli se jiġu eliġibbli għall-ħlas tal-benefiċċji mill-ewwel ġurnata, mit-tieni talba ‘l quddiem. Normalment dan ikun japplika għal perjodu ta’ sena madankollu dan il-perjodu jista’ jiġi estiż fuq parir mediku.
B’dan it-tibdil dawn il-persuni li llum ma jkollhomx dħul sħiħ mill-paga minħabba li jkunu ħadu l-leave kollu għal waqt il-mard ma jibqgħux jitilfu aktar mill-benefiċċju tal-mard.