20.40: Minn tal-inqas 13-il persuna nqatlu u 50 weġġgħu serjament wara li vann saq fuq il-folla f’Las Ramblas, Barċellona. Dan il-lok tal-Belt Spanjola hu popolari ħafna mat-turisti. Dawn in-numri kienu kkonfermat mill-pulizija u l-awtoritajiet lokali.
Il-vann instaq fuq il-parti pedonali u filwaqt li persuni ntlaqtu oħrajn ħarbu. Il-pulizija qed tqis dan l-inċident bħala wieħed ta’ terroriżmu. L-istess pulizija qalet li arrestat persuna. Aħbar li kienet ikkonfermata ftit wara li x-xufier tal-vann deher jitlaq minn fuq il-post.
19.13: Il-pulizija Spanjola kkonfermat li hemm raġel mejjet u 32 midruba, anke jekk rapporti fil-midja qed isemmu numri ikbar.
IKTAR QABEL: Trakk instaq fuq grupp ta’ nies f’attakk terroristiku ġewwa l-belt ta’ Barċellona fi Spanja. Sa issa hemm rapporti ta’ 13 -il persuna mejta u għoxrin midruba.
Il-Pulizija Spanjola u l-awtoritajiet qegħdin iħeġġu lin-nies biex ma’ jersqux lejn l-akwata ta’ Ramblas f’ din il-Belt.
Ir-raġel li kien qiegħed isuq it-trakk ħarab minn fuq il-post.
Persuni li nzertaw fil-post qegħdin jistaħbew fil-ħwienet li jinsabu f’din iż-żon minħabba biża’ li jerġa jsir xi ħaġa oħra.
Fl-aħħar ħin l-awtoritajiet Spanjoli ordnaw li jiġu jieqfu s-servizzi tal-ferrovija f’Barċelona.
Nies li kienu fuq il-post qalu li semaw ħoss kbir. Fuq il-post kien hemm ammont kbir ta’ turisti fosthom nies bi tfal u familji.
Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy qal li qiegħed f’kuntatt ma’ l-entitajiet kollha tal-pajjiż u li bħal issa il-prijorità hija li jingħataw l-għajnuna dawk li sfaw feruti f’ dan l-attakk.
Jidher li wara dan l-attakk żewġ persuni armati daħlu ġewwa ħanut f’Barċellona. Il-Pulizija Spanjola ċċirkondat ir-ristorant u qed jaħdmu biex isalvaw għexieren ta’ nies li jinsabu hemm hekk.