Minn tal-inqas ħmistax-il persuna tilfu ħajjithom fiċ-Ċina wara li s-sewwieq tal-vann li kienu fuqu, tilef il-kontroll tal-vettura.
Għexieren oħra ndarbu f’dan l-inċident, li seħħ meta l-vann baqa’ dieħel f’wieħed u tletin karozza li kienu qed jistennew fit-traffiku.
Skont aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża, is-sewwieq tal-vann qal lill-awtoritajiet li l-brejkijiet ma ħadmux meta kien nieżel in-niżla.