Bosta persuni spiċċaw maqbuda taħt it-tifrik wara li waqa’ saqaf fuqhom waqt li kienu fi sptar ewlieni fl-Afrika.
Membri tas-salvataġġ kellhom joħorġu bi klieb mħarrġa sabiex jidentifikaw fejn kien hemm persuni maqbuda. Is-saqaf ta’ fuq ir-reception area fl-isptar Charlotte Maxeke spiċċa ċeda, dan waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni biex jissewwew xi ħsarat.
Minn tal-inqas għaxar persuni ttieħdu l-isptar bi ġrieħi ħfief.
Għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża li wasslet biex iċedi s-saqaf.