Dawk li għandhom iktar minn 60 sena issa jistgħu japplikaw biex jieħdu t-tieni doża tal-booster kontra l-Covid-19.
Fi stqarrija uffiċjali ntqal li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrakkomandaw li persuni li għandhom bejn sittin u disgħa u sebgħin sena għandhom jieħdu t-tieni doża tal-booster kontra Covid-19.
Il-Parir taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jinnota l-varjanti preżenti tal-COVID-19 u ngħata l-parir li jkun għaqli li jingħata t-tieni booster lil persuni immunosopressi u lil dawk ta’ ’l fuq minn sittin sena, speċjalment meta dawn ikunu tlaqqmu iżjed minn erbgħa xhur ilu.
L-istess parir jisħaq li, filwaqt li ġew osservati benefiċċji ċari li dawn il-gruppi jirċievu t-tieni booster, għad m’hemmx il-bżonn li persuni iżgħar fl-eta jirrikorru għaliha.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa jappellaw sabiex min jirċievi l-istedina għat-tieni booster, li se tintbagħat bil-posta, jattendi fil-ġurnata u l-post indikati.
F’każijiet ta’ problemi, wieħed għandu jċempel fuq in-numru 145.
Intant, fuq direzzjoni f’livell tal-Unjoni Ewropea, mill-ħamsa u għoxrin ta’ Lulju passiġġieri li mhumiex fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin jew ċertifikat tal-irkupru, mhumiex se jintalbu jippreżentaw PCR jew test rapidu negattiv qabel jidħlu f’pajjiżna.
Following today’s ECDC/EMA Joint Statement, Malta 🇲🇹 will be offering the 2nd Covid #booster dose to residents aged 60+ – bringing the age down from 65. Residents in the 60 – 65 age group will receive an invite for vaccination in the coming days. @ECDC_EU @EMA_News @SKyriakidesEU
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 11, 2022