Għall-ħabta tal-16.00pm seħħ inċident fi Triq Aldo Moro l-Marsa. Għal xi raġuni s-sewwieq tal-karozza tilef il-kontroll u baqa’ tiela fuq ir-roundabout.
B’xorti tajba s-sewwieq ma sofra ebda ġrieħi iżda l-passiġġiera li kienet miegħu ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-identità u l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.