Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku iktar
kmieni llum.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu, fi Triq D’Argens l-Imsida.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Żvediża ta’ 59 sena u toqgħod il-Gżira, intlaqtet minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tat-tmienja u nofs, fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Mill-istħarriġ li sar jidher li Taljana ta’ 37 sena residenti Wied il-Għajn, tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq bil-konsegwenza li waqgħet minn fuqu.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza
għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.