- DĦUL MEDJU TA’ MADWAR €4,000
- DAWK LI SABU IMPJIEG BI DĦUL TA’ €9,892 FIS-SENA
Il-biċċa l-kbira tal-persuni li ġew f’pajjiżna jfittxu ażil jinsabu f’riskju ta’ faqar.
Dan irriżulta minn rapport bl-isem ‘Struggling to survive’ maħruġ mill-Aditus u l-JRS Malta, li għamlu riċerka fost 125 minn 72 dar.
Kollha persuni li ilhom sa mill-elfejn u erbatax jgħixu barra mid-detenzjoni ta’ Ħal Far, bi tlieta u tletin minnhom taħt it-tmintax-il sena. L-esperjenza ta’ faqar hija realta kemm fost dawk li għaddew mill-proċess u laħqu status ta’ refuġjat bl-ogħla livell ta’ protezzjoni kif ukoll fost dawk li l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx aċċettata.
Id-dħul medju ta’ persuna f’din is-sitwazzjoni huwa ta’ ftit aktar minn €4,000 fis-sena filwaqt li dawk li jirnexxielhom isibu impjieġ full-time, jaqilgħu medja ta’ €9,892.
Dan filwaqt li erbgħin fil-mija ta’ dawk li għandhom impjieg, jaħdmu part time. Katrine Camilleri, mill-JRS Malta fissret kif min-nies intervistati, ħamsin fil-mija qalu li jinsabu f’qagħda ta’ ċaħda materjali.