Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena waqfu ħesrem fil-lukanda Riviera fil-Marfa hekk kif nirien ħakmu xi partijiet tal-binja. Hu magħruf li n-nirien ħadu għall-ħabta tas-02:00.
Persuni li kienu preżenti kienu evakwati minnufih minn ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li wkoll ikkontrollaw in-nirien.
Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.