Dalgħodu, persuni u anki ħaddiema tas-saħħa tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew evakwati wara li xi nar ħakem kamra fejn jittieħdu l-X-rays.
ONE News jinsab informat li l-pazjenti rikoverati fl-isptar ma ġewx affettwati minn din l-evakwazzjoni. Dan hekk kif fuq barra tal-isptar kien hemm biss numru ta’ tobba, infermiera u ħaddiema oħra tas-saħħa.
Fuq il-post assistew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Fortunatament, jidher li ħadd ma weġġa’.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.