Persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-ALS se jibdew jieħdu l-benefiċċji ta’ persuni b’diżabilità fiż-żmien li ġej. Dan ifisser li l-Gvern se jkun qed joffri aktar għajnuna lil dawn il-persuni.
Dan tħabbar mill-Ministru Michael Farrugia flimkien mal-Ministru Edward Scicluna fis-sessjoni ta’ Gvern li jisma’, li propju għaddejja bħalissa.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar ukoll ftit tal-jiem ilu li meta se tinbena dar għal persuni bl-ALS, il-Gvern se jkun qed ikopri l-ispejjeż tas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn.