Nies li mardu bil-varjant Omicron għandhom bejn 50% u 70% inqas ċans li jkollhom bżonn kura fl-isptarijiet meta wieħed jikkumparah ma’ varjanti oħra.
Dan skont studju Ingliż li informazzjoni preliminari tiegħu qegħdin juru riżultati inkoraġġanti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, l-Aġenzija għas-Sigurtà tas-Saħħa tar-Renju Unit wissiet li l-varjant xorta waħda jista’ jwassal biex persuna tidħol l-isptar.
Ir-rapport wasal li informazzjoni mill-Afrika t’Isfel, id-Danimarka, l-Ingilterra u l-Iskozja wrew li l-varjant Omicron għandu effett inqas severi.