In-numru ta’ multi imposti għal dawk li ma osservawx il-kwarantina mandatorja telgħu għal disgħa. Persuna minnhom weħlet il-multa aktar minn darba wara li ma nstabitx fi djarha tosserva l-kwarantina.
One.com.mt huwa nfurmat li lbieraħ filgħaxija twaħħlu żewġ multi oħra mal-bibien tad-djar.
Fl-aħħar komunikat lill-istampa, il-pulizija għamlet 363 spezzjoni f’Malta u 25 f’Għawdex.
Id-deterrent ta’ multa issa huwa ta’ €3000 għal kull darba li wieħed jinqabad jikser il-kwarantina.