Filippina ta’ ħamsa u għoxrin sena weġġgħet serjament wara li ntlaqtet minn karozza tal-linja waqt li kienet se taqsam it-triq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ttajjret minn xufier ta’ wieħed u ħamsin sena residenti l-Ħamrun, li wkoll huwa Filippin.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.