Minn tal-inqas persuna mietet u disa’ oħra ndarbu wara numru ta’ terremoti fi Kreta.
Uffiċjali Griegi qalu kif it-Tnejn seħħ l-akbar terremot għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan kellu qawwa ta’ sitta fuq l-iskala Rikter.
Wara dan it-terrimot kien hemm sitt terremoti iżgħar.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif in-nies ħarġu ’l barra fit-toroq u anke waqa’ xi bini.