Raġel ta’ 35 sena ta’ nazzjonalità Irlandiża ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu max-Xatt ta’ Tas-Sliema meta vettura tat-tip Volkswagen misjuqa minn mara ta’ 67 sena laqtet raġel Irlandiż ta’ 35 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja. Hu ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva fejn instab li ndarab gravi.