Harold Mamo ta’ 56 sena tressaq il-Qorti u nżamm arrestat fost l-oħrajn b’rabta ma’ akkużat ta’ frodi u falsifikazzjoni ta’ kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetà.
B’rabta ma’ dan l-Aġenzija Identità fi stqarrija tinnota li investigazzjoni oħra tal-Compliance Unit f’April ta’ din is-sena, ikkumplimentat
xhur ta’ investigazzjonijiet li kienu għaddejjin mill-Korp tal-Pulizija.
B’dawn wasslu sabiex persuna tiġi arrestata mill-Pulizija, u tressqet fil-Qorti b’akkużi ta’ frodi u falsifikazzjoni ta’ kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetà.
L-investigazzjoni mit-Taqsima tal-Compliance tal-Aġenzija Identità, kienet instigata minn suspetti li qamu
waqt verifiki interni ta’ applikazzjonijiet sottomessi għall-permessi ta’ residenza.
Kienet l-istess Taqsima talCompliance li la darba kellha suspetti raġonevoli biżżejjed, għaddiet dawn l-istess provi lill-Korp tal-Pulizija
sabiex komplew bl-investigazzjonijiet neċessarji u ttieħdu kwalunkwe passi legali.
L-aġenzija mhux biss tinvestiga, iżda ddaħħal ukoll proċeduri iktar b’saħħithom kif għamlet bl- introduzzjoni
tal-Lease Agreement Attestation Form u d-Declaration of Accomodation Form, li saru bil-għan li jkunu
mħarsa kemm l-interessi ta’ sid il-post li jkun qed jinkera u anke tal-persuna li tkun qed tikri.
Identità ttenni l-impenn tagħha li ma tittollera l-ebda forma ta’ abbuż u li tinvestiga kwalunkwe suspett li
jista’ jinħoloq jew rapport li jasal għandha.
Tisħaq li hija dejjem kienet, għadha u tibqa’ disponibbli għal
kwalunkwe kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kollha Maltin, speċjalment mal-Korp tal-Pulizija
f’investigazzjonijiet relatati mal-Aġenzija.
Identità se tkompli tikkollabora u taħdem mal-Korp tal-Pulizija f’investigazzjonijiet relatati mal-Aġenzija.