Mara nqatlet wara li vann laqat stejġ tal-linja fil-belt fin-Nofsinhar ta’ Franza, Marsilja.
Ix-xufier ġie arrestat bil-vettura tiegħu laqtet stejġ ieħor tal-karozza tal-linja f’distrett differenti tal-belt.
Dan bil-konsegwenza li ħalla persuna feruta.
Il-prosekuturi Franċiżi qalu li l-każ mhux qed ikun meqjus bħala inċident terrorist.
Qed ikun irrapurtat li x-xufier huwa magħruf mal-pulizija u jista’ jkun li għandu kundizzjonijiet mentali.
Il-mara li tilfet ħajjitha għandha madwar erbgħin sena.