F’Ruma mietet persuna u weġġgħu disa’ persuni wara li nirien kbar ħakmu binja twila seba’ sulari.
Il-katavru tal-vittma li għadha trid tiġi identifikata, nstab fit-taraġ fin-naħa ta’ fuq tal-binja u huwa mifhum li mietet minħabba d-duħħan.
Dawk li ndarbu wkoll sofrew ġrieħi għaliex inħarqu min-nirien filwaqt li oħrajn sofrew kawża tad-dħaħen.
Uffiċjali qalu l-kawża wara dawn in-nirien għadha kwistjoni ta’ investigazzjoni iżda n-nirien jinsabu taħt kontroll u ħaddiema mid-dipartiment tat-tifi tan-nar qegħdin jispezzjonaw il-binja sabiex jaraw jekk inqabdux nies ġewwa.