Anzjan ta’ 86 sena minn Raħal Ġdid ġarrab ġrieħi gravi wara ntlaqat minn vann tal-għamla Isuzu DMaax misjuq minn raġel ta’ 39 sena minn Għargħur.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu fi Pjazza Antoine de Paule.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, l-anzjan ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.