Żewġt irġiel ittieħdu l-isptar wara li ntlaqtu minn karozza fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:35 max-Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa meta karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 28 sena mill-Imqabba għal xi raġuni laqtet żewġt irġiel, wieħed ta’ 46 sena minn Ħal-Tarxien u Rumen ta’ 35 sena mill-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġt irġiel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.