Raġel ħelisha ħafif wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Għaxaq.L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:25 fi triq il-Balklor f’Ħal Għaxaq meta raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Għaxaq intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura neċessarja fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.