Tifel ta’ 11-il jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar minn karozza f’Pembroke. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi Triq Profs. Walter Ganado.
It-tifel ittajjar minn karozza tat-tip Peugeot 308, misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gżira. It-tifel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Dwar dan l-inċident qed titmexxa inkjesta mill-Maġistrat Doreen Clarke, li ħatret diversi esperti biex jgħinuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.