Raġel ta’ 60 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti l-Fgura bil-vettura tiegħu BMW320 f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq l-Imdina.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li allegatament persuna kienet mixja fuq il-bankina
fil-ħin li sfat imtajra. Kawża tad-daqqa l-vittma spiċċa maqbud bejn arblu u karozza. Il-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.