Inċident fatali tat-traffiku erbat ijiem qabel it-tmiem tas-sena ħasad il-ħajja ta’ Nolan Farrugia ta’ 21 sena mis-Siġġiewi.
L-inċident traġiku seħħ bejn mutur u trakk taż-żibel fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħol mill-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma.
L-inċident seħħ għall-ħaba tal-10:15am, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur li kien misjuq mill-vittma u trakk. Fuq il-post intbagħtu ambulanza u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. Madankollu ż-żagħżugħ miet mad-daqqa u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Sorsi qalu li l-vittma kien ilu xahar biss isuq il-mutur.
Jidher li mal-ħabta, il-vittma, tkaxkar bil-mutur tat-tip tat-tip Kymco Agility, ħabat ma’ trakk tal-kostruzzjoni li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li jgħix Ħal Għaxaq. Jidher li l-vittma tkaxkar għal bosta metri qabel ma spiċċa taħt il-bankina. Is-sewwieq tat-trakk deher maħsud bix-xena quddiemu u kellu jingħata għajununa mit-tim mediku li mar fuq il-post biex jassisti lill-vittma.
Sorsi fuq il-post qalu lil one.com.mt li ftit tal-minuti wara li seħħ l-inċident, xufier ta’ karozza tal-Linja li kienet nieżla lejn Ħal Qormi, waqaf biex jagħti l-għajnuna.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għasssa Gabriella Vella, waqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/12/27/il-vittma-huwa-nolan-farrugia-ta-21-sena-kien-ilu-jsuq-il-mutur-xahar-biss-1/