Fl-Istati Uniti, tmien persuni mietu f’Dallas, Texas wara li persuna fetħet in-nar u sparat fuqhom f’kumpless tal-ħwienet.
Mijiet ta’ persuni ġew evakwati minn dan il-kumpless fosthom xhieda li raw il-persuna li fetħet in-nar u qalu li l-persuna ma kellhiex mira partikolari lejn xi ħadd iżda bdiet tispara kif ġie ġie.
Il-Pulizija qalu li sparaw fuq il-persuna suspettata li għamlet dan l-att u saħansitra qatlitha. Il-pulizija temmen li l-persuna aġixxiet waħedha.
Huwa mifhum li fost il-vittmi hemm numru ta’ tfal. Bħalissa hemm seba’ persuni li huma rikoverati fl-isptar li tlieta minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika.