Persuna daħlet fi skola u waqt l-assembley u quddiem it-tfal infexxet f’theddid indirizzat lejn il-kap tal-iskola.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal “minbarra li nappoġġja lill-kap, se nara li l-Pulizija tieħu l-passi kollha meħtiega. Irridu nirrispettaw lil xulxin u żgur ma naċċettax vjolenza fil-kliem, fl-attitudni jew fl-imġieba”.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ma provdiex isem l-iskola f’dan l-istadju.