Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10.30pm, sar rapport lill-Pulizija wara li nstema’ ħoss ta’ ħġieġ jinkiser f’Ta’Xbiex. Ir-rapport sar minn persuna li rat ukoll raġel jaqbeż minn tieqa għal ġewwa ta’ ristorant li jinsab f’din iż-żona.
Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u sabu tieqa sgassata u ħġieġ imkisser. Il-persuna li għamlet dan l-attentat ta’ serqa kienet diġa ħarbet minn fuq il-post qabel ma waslu l-Pulizija.
Huwa mifhum, li l-persuna ħalliet xi evidenza fuq il-post fosthom kalzetta u taqtir tad-demm. Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja.