Persuna waħda weħlet multa ta’ tliet t’elef ewro wara li kisret il-liġi tal-kwarantina.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa saru 492 spezzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa u l-Protezzjoni Ċivili.
Mindu bdew l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet ħarġu total ta’ 33 multa għal ksur tal-kwarantina obbligatorja.