Fl-aħħar 24 siegħa persuna nqabdet tikser il-liġi tal-kwarantina obbligatorja u b’hekk ġiet mmultata €3,000.
Tul dawn l-aħħar 24 siegħa saru 239 spezzjoni madwar Malta u Għawdex.
Intant, 4 persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li qed jagħmlu l-Pulizija biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn tliet persuni f’daqqa f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.