Raġel ta’ 31 sena residenti Birkirkara, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ mit-tielet sular għat-tieni sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.