Ħaddiem ta’ 59 sena miż-Żejtun tilef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar ħames sulari f’blokka t’appartamenti fi Triq John Delia f’Ħaż-Żabbar.
Il-pulizija qalet li ntalbet l-għajnuna għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar.
Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku.
Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ u l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ħatret inkjesta.