Ħaddiem ta’ 26 sena tilef ħajtu wara li waqa’ aktar minn disa’ sulari għoli f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 10:50 fix-xatt ta’ Qui-Si-Sana, Tas-Sliema.
Ir-raġel, Libjan ta’ 26 sena mill-Imsida, kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fl-inħawi minn fuq puntun, u waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku fejn iċċertifikat lill-ħaddiem mejjet fuq il-post.
Fuq il-post hemm ukoll membri tat-Taqsima Forensika li qed jiddokumentaw is sit u jiġbdu r-ritratti kif ukoll uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-Sigurtà u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li neħħew kull periklu li seta’ kien hemm.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale li qed imexxi l-inkjesta li ġiet appuntanta, u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/11/26/filmat-minuta-u-nofs-imdendel-bejn-hajja-u-mewt-minn-binja-ftas-sliema/